31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2017 – Fakro vs EUIPO – Saint Gobain Cristalería (climaVera)
(Kawża T-457/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea climaVera - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti CLIMAVER DECO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 249/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fakro sp. z o.o. (Nowy Sącz, il-Polonja) (rappreżentant: J. Radłowski, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Saint Gobain Cristalería, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Bayo de Gispert, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2015 (Każ R 2095/2014-2), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Saint Gobain Cristalería u Fakro.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Fakro sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 328, 5.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy