23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Automobile Club di Brescia vs EUIPO – Rebel Media (e-miglia)
(Kawża T-458/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva e-miglia - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti MILLE MIGLIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 022/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Automobile Club di Brescia (Brescia, l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica u F. Fischetti, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rebel Media Ltd (Wilmslow, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Schotthöfer u F. Steiner, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 1990/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Automobile Club di Brescia u Rebel Media.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-rikors inċidentali huwa miċħud.
3)
Automobile Club di Brescia u Rebel Media Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll in-nofs, kull waħda minnhom, tal-ispejjeż tal-EUIPO.
(1) ĠU C 328, 5.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy