8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Marzu 2017 – Capella vs EUIPO – Abus (APUS)
(Kawża T-473/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea APUS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ABUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Limitazzjonijiet suċċessivi tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Kompetenza tal-Bord tal-Appell - Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Regola 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/96”])
(2017/C 144/49)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Capella EOOD (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentant: F. Henkel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Abus August Bremicker Söhne KG (Wetter, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Hallwachs, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 117/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Abus August Bremicker Söhne u Capella.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 117/2014-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Capella EOOD.
3)
Abus August Bremicker Söhne KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 328, 5.10.2015
Full & Egal Universal Law Academy