13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2017 – GGP Italy vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-474/15) (1)
((“Protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-konsumaturi u tal-ħaddiema - Direttiva 2006/42/KE - Klawżola ta’ salvagwardja - Miżuri nazzjonali ta’ rtirar mis-suq u ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ ħassad tal-ħaxix - Rekwiżiti dwar l-apparat ta’ protezzjoni - Verżjonijiet suċċessivi ta’ standard armonizzat - Ċertezza legali - Deċiżjoni tal Kummissjoni li tiddikjara l-miżura bħala ġġustifikata - Żball ta’ liġi”))
(2017/C 078/33)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Global Garden Products Italy SpA (GGP Italy) (Castelfranco Veneto, l-Italja) (rappreżentanti: A. Villani, L. D’Amario u M. Caccialanza, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Braga da Cruz u L. Cappelletti, sussegwentement G. Braga da Cruz u C. Zadra, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: I. Kalniņš u D. Pelše, aġenti)
Suġġett
Talba fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/902, tal-10 ta’ Ġunju 2015, dwar miżura meħuda mil-Latvja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ ħassad tal-ħaxix immanifatturat minn GGP Italy SpA (ĠU 2015, L 147, p. 22).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/902, tal-10 ta’ Ġunju 2015, dwar miżura meħuda mil-Latvja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ ħassad tal-ħaxix immanifatturat minn GGP Italy SpA, hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Global Garden Products Italy SpA (GGP Italy) fil-kuntest ta’ din l-istanza u tal-proċedura għal miżuri provviżorji.
4)
Ir-Repubblika tal-Latvja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 328, 5.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy