7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – European Food vs EUIPO – Société des produits Nestlé (FITNESS)
(Kawża T-476/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea FITNESS - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ), Artikolu 52(1)(a) u Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 37(b)(iv) u Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell”))
(2016/C 410/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Food SA (Drăgăneşti, ir-Rumanija) (rappreżentant: I. Speciac, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger Lenz, A. Lambrecht u S. Cobet-Nüse, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 2542/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn European Food u s-Société des produits Nestlé.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 2542/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn European Food u s-Société des produits Nestlé hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn European Food.
3)
Société des produits Nestlé għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy