24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Settembru 2016 – Lotte vs EUIPO – Kuchenmeister (KOALA LAND)
(Kawża T-479/15) (1)
([Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KOALA LAND - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KOALA - Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Użu ġenwin - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009])
(2016/C 392/51)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Lotte Co. Ltd (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. Knitter u S. Schicker, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kuchenmeister GmbH (Soest, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Blumenthal, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 815/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kuchenmeister u Lotte.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Lotte Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy