10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – Agria Polska et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-480/15) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordju - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tad-distribuzzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Allegat aġir antikompetittiv ta’ produtturi u ta’ distributuri - Azzjoni miftiehma jew ikkoordinata ta’ tressiq, minn produtturi u distributuri, ta’ lmenti quddiem awtoritajiet amministrattivi u kriminali - Denunzja ta’ allegat ksur tal-leġiżlazzjoni applikabbli minn importaturi paralleli - Kontrolli amministrattivi sussegwentement ikkummissjonati mill-awtoritajiet amministrattivi - Impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u kriminali mill-awtoritajiet nazzjonali fuq l-importaturi paralleli - Assimilazzjoni tat-tressiq ta’ lmenti mill-produtturi u distributuri ma’ azzjonijiet vessatorji jew ma’ abbużi minn proċeduri amministrattivi - Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”))
(2017/C 221/24)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Agria Polska sp. z o.o. (Sosnowiec, il-Polonja), Agria Chemicals Poland sp. z o.o. (Sosnowiec), Star Agro Analyse und Handels GmbH (Allerheiligen bei Wildon, l-Awtrija) u Agria Beteiligungsgesellschaft mbH (Allerheiligen bei Wildon) (rappreżentanti: S. Dudzik u J. Budzik, sussegwentement P. Graczyk u W. Rocławski, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Szczodrowski, A. Dawes u J. Norris-Usher, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2015) 4284 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2015 [Każ AT.39864 – BASF (li kien AGRIA et vs BASF et)], li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti rigward ksur tal-Artikolu 101 u/jew tal-Artikolu 102 TFUE allegatament imwettaq minn, essenzjalment, tlettax-il impriża produtturiċi u distributriċi ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, bl-għajnuna jew bl-intervent ta’ erba’ organizzazzjonijiet professjonali u uffiċċju tal-avukati
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Agria Polska sp. z o.o., Agria Chemicals Poland sp. z o.o., Star Agro Analyse und Handels GmbH u Agria Beteiligungsgesellschaft mbH huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy