29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Volkswagen vs EUIPO (ConnectedWork)
(Kawża T-491/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ConnectedWork - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
(2016/C 314/31)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u A. Schifko, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 160/2015-5), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ConnectedWork bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Volkswagen AG hija kundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy