12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni vs CX
(Kawża T-493/15 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċeduri dixxiplinari - Samzjoni dixxiplinarja - Terminazzjoni - Dritt għal smigħ - Artikolu 22 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Żbalji ta’ liġi - Żnaturament tal-provi - Eżami inkomplet tal-fatti u tal-provi”))
(2016/C 462/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u F. Simonetti, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: CX (Enghien, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Serviz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015, CX vs Il-Kummissjoni (F-14/05, EU:F:2015:61), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015, CX vs Il-Kummissjoni (F-14/05, EU:F:2015:61) hija annullata.
2)
Il-kawża hija rrinvjata għal Awla tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li ma hijiex dik li ddeċidiet fuq dan l-appell.
3)
L-ispejjeż huma riżervati.
(1) ĠU C 371, 9.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy