8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2017 – Sociedad agraria de transformación no9982 Montecitrus vs EUIPO – Spanish Oranges (MOUNTAIN CITRUS SPAIN)
(Kawża T-495/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva MOUNTAIN CITRUS SPAIN - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti monteCitrus - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità tal-prodotti - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 144/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sociedad agraria de transformación no9982 Montecitrus (Pulpí, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Schifko u K. Sidat Humphreys, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Spanish Oranges, SL (Castellón, Spanja) (rappreżentant: F. Perez Arnau, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ġunju 2015 (Kawża R 871/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sociedad agraria de transformación no9982 Montecitrus u Spanish Oranges.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sociedad agraria de transformación no9982 Montecitrus hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 354, 26.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy