5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2017 – Oltis Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-497/15) (1)
((“Riċerka u Żvilupp - Programm qafas għar-riċerka u għall-innovazzjoni 2014-2020 (Horizon 2020) - Stimulazzjoni u koordinazzjoni ta’ investimenti tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur ferrovjarju - Il-ħolqien tal-impriża konġunta Shift2Rail - Status ta’ soċju tal-impriża konġunta Shift2Rail - Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess - Ċaħda tal-applikazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter”))
(2018/C 042/17)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Oltis Group a.s. (Olomouc, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Konečný, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u Z. Malůšková, aġenti)
Suġġett
Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2015) 2691017 tas-26 ta’ Ġunju 2015, dwar it-talba għall-eżami mill-ġdid taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrenti sabiex issir soċju tal-impriża konġunta Shift2Rail.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Oltis Group a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 389, 23.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy