Kawża T-502/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni (“FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Infiq imġarrab minn Spanja — Korrezzjonijiet finanzjarja b’rata fissa — Regolamenti (KE) Nru 1290/2005 u (UE) Nru 1306/2013 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Oneru tal-prova — Proporzjonalità — Drittijiet tad-difiża”)
C4122017MT2410120171019MT0034241241
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-502/15) ( 1 )
“(“FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Infiq imġarrab minn Spanja — Korrezzjonijiet finanzjarja b’rata fissa — Regolamenti (KE) Nru 1290/2005 u (UE) Nru 1306/2013 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Oneru tal-prova — Proporzjonalità — Drittijiet tad-difiża”)”2017/C 412/34Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment L. Banciella Rodríguez-Miñón, sussegwentment M. Sampol Pucurull, A. Gavela Llopis u V. Ester Casas, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Guillem Carrau u D. Triantafyllou, sussegwentment D. Triantafyllou u I. Galindo Martín, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 182, p. 39), sa fejn tikkonċerna ċerti korrezzjonijiet magħmula fir-rigward tal-Cataluña, minn naħa, u tal-Canarias, min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
( 1 ) ĠU C 346, 19.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy