12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-505/15) (1)
((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Regolamenti (KE) Nri 1782/2003, 1290/2005, 73/2009 u 1122/2009 - Infiq imġarrab mill-Ungerija - Kundizzjonalità - Kontroll tal-kundizzjonijiet statutorji fil-qasam tal-ġestjoni - Kontroll tal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba - Korrezzjonijiet b’rata fissa u speċifiċi - Riskju għall-Fondi”))
(2018/C 052/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér, G. Koós u Z. Bíró-Tóth u E. Tóth, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u A. Sauka, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 182, p. 39), sa fejn din id-deċiżjoni twettaq korrezzjonijiet speċifiċi u b’rata fissa fir-rigward tal-Ungerija.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) hija annullata peress li wettqet korrezzjoni finanzjarja bbażata fuq in-nuqqas ta’ konformità, dwar ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid, tal-kontrolli mwettqa mill-Ungerija sabiex jiżguraw l-osservanza mill-irziezet tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676 tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-Ungerija u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 381, 16.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy