19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-506/15) (1)
((“FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Spejjeż magħmula mill-Greċja - Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa - Skema ta’ għajnuna skont is-superfiċji - Kunċett ta’ mergħat permanenti - Kundizzjonijiet ta’ impożizzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa ta’ 25 % - Komunikazzjoni previsa fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 - Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 - Kundizzjonalità - Stħarriġ tar-rekwiżiti leġiżlattivi fil-qasam ta’ ġestjoni - Stħarriġ tal-kundizzjonijiet tajbin agrikoli u ambjentali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Tnaqqis ta’ korrezzjoni annwali permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali”))
(2018/C 104/35)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Κanellopoulos, Ε. Leftheriotou, O. Tsirkinidou u Α. Vasilopoulou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Kranenborg u D. Triantafyllou, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Gavela Llopis, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 182, p. 39).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 371, 9.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy