7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Sun Cali vs EUIPO – Abercrombie & Fitch Europe (SUN CALI)
(Kawża T-512/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SUN CALI - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti CaLi co - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rappreżentanza quddiem il-Bord tal-Appell - Stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fl-Unjoni - Persuni ġuridiċi b’konnessjonijiet ekonomiċi - Artikolu 92(3) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 410/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sun Cali, Inc. (Denver, Colorado, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Thomas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Abercrombie & Fitch Europe SA (Mendrisio, l-Isvizzera)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-3 ta’ Ġunju 2015 (Każijiet magħquda R 1260/2014-5 u R 1281/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Abercrombie & Fitch Europe u Sun Cali.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sun Cali, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 354, 26.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy