29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2018 – Almaz-Antey vs Il-Kunsill
(Kawża T-515/15) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina - Żamma ta’ isem ir-rikorrenti fuq il-lista tal-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi - Proporzjonalità - Żball ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet fundamentali”))
(2018/C 392/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Joint-Stock Company “Almaz-Antey” Air u Space Defence Corp., li kienet OAO Concern PVO Almaz-Antey (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: A. Haak, C. Stumpf u M. Brüggemann, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u P. Mahnič, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/971 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2015, L 157, p. 50), it-tieni nett, tal-ittra tal-Kunsill li permezz tagħha din tal-aħħar iddikjarat li r-rikorrenti kellha tibqa’ tiġi suġġetta għall-miżuri previsti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 13, rettifika fil-ĠU 2014, L 263, p. 35), u mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 1, rettifika fil-ĠU 2014, L 246, p. 59), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2431 tal-21 ta’ Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512 (ĠU 2015, L 334, p. 22), u, ir-raba’ nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1071 tal-1 ta’ Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512 (ĠU 2016, L 178, p. 21), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Joint-Stock Company “Almaz-Antey” Air and Space Defence Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 371, 9.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy