28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – Diesel vs EUIPO – Sprinter megacentros del deporte (Rappreżentazzjoni ta’ linja bil-kurvi u angolata)
(Kawża T-521/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta linja bil-kurvi u angolata - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti li tirrappreżenta l-ittra kbira ‘D’ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 283/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Diesel SpA (Breganze, l-Italja) (rappreżentanti: A. Gaul, M. Frank, A. Parassina u K. Dani, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sprinter megacentros del deporte, SL (Elche, Spanja) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 3291/2014-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Diesel u Sprinter megacentros del deporte.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-18 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 3291/2014-2) hija annullata.
2)
L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Diesel SpA.
3)
Sprinter megacentros del deporte, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 381, 16.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy