2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2019 — Italmobiliare et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-523/15) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Imputabbiltà tal-aġir ta’ ksur - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju tal-immunità - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Valur tal-bejgħ - Limitu massimu tal-multa - Tul tal-proċedura amministrattiva - Terminu raġonevoli - Kapaċità kontributtiva”)
(2019/C 295/17)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Italmobiliare SpA (Milan, l-Italja) u s-sitt rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom huma indikati fl-anness għas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment M. Siragusa, F. Moretti u A. Bardanzellu, sussegwentement M. Siragusa u F. Moretti, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, A. Biolan, F. Jimeno Fernández u T. Vecchi, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4336 finali tal-24 ta’ Ġunju 2015 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39563 — Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut), u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Italmobiliare SpA u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 354, 26.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy