2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2019 — Huhtamäki u Huhtamaki Flexible Packaging Germany vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-305/18) (1)
(“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju - Ksur uniku u kontinwat - mputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament”)
(2019/C 295/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Andriy Klyuyev (Donetsk, l-Ukrajna) (rappreżentanti: B. Kennelly, QC, J. Pobjoy, barrister, R. Gherson u T. Garner, solicitors)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mahnič u A. Vitro, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, b’mod prinċipali, għall-annullament tad-deċiżjoni Deċiżjoni C (2015) 4336 finali tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Ġunju 2015, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (AT.39563 — Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut) u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Huhtamäki Oyj u Huhtamaki Flexible Packaging Germany GmbH & Co. KG huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 406, 7.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy