18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Coveris Rigid France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-531/15) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Prinċipju ta’ responsabbiltà personali - Assenza ta’ kontinwità ekonomika - Ugwaljanza fit-trattament”))
(2019/C 65/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Coveris Rigid France, li kienet Coveris Rigid (Auneau) France (Auneau, Franza) (rappreżentanti: H. Meyer-Lindemann, C. Graf York von Wartenburg u L. Stammwitz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, F. Jimeno Fernández u L. Wildpanner, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4336 final tal-24 ta’ Ġunju 2014 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39563 – Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Coveris Rigid France hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 406, 7.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy