Kawża T-537/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Deutsche Post vs EUIPO – Verbis Alfa et EasyPack (InPost) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva InPost — Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti INFOPOST u ePOST u nazzjonali verbali preċedenti POST — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Assenza ta’ dannu għar-reputazzjoni u assenza ta’ taħlit — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) — Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”)
C2762018MT3810120180626MT0064381381
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Deutsche Post vs EUIPO – Verbis Alfa et EasyPack (InPost)
(Kawża T-537/15) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva InPost — Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti INFOPOST u ePOST u nazzjonali verbali preċedenti POST — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Assenza ta’ dannu għar-reputazzjoni u assenza ta’ taħlit — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) — Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”)”2018/C 276/64Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Viefhues u T. Heitmann, sussegwentement minn M. Viefhues, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Rajh, G. Sakalaite-Orlovskiene u D. Walicka, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Verbis Alfa sp. z o.o. (Kraków, il-Polonja) u EasyPack sp. z o.o. (Kraków) (rappreżentanti: M. Żabińska, A. Kockläuner u O. Nilgen, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 546 / 2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deutsche Post, minn naħa, u Verbis Alfa u EasyPack, min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Deutsche Post AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 371, 9.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy