15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2017 – Regent University vs EUIPO – Regent’s College (REGENT UNIVERSITY)
(Kawża T-538/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali REGENT UNIVERSITY - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti REGENT’S COLLEGE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 151/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Regent University (Virginia Beach, Virginia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Himsworth, QC, u D. Wilkinson, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Regent’s College (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-6 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1859/2014-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Regent’s College u Regent University.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Regent University hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 371, 9.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy