23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2016 – Pi-Design vs EUIPO – Société des produits Nestlé (PRESSO)
(Kawża T-545/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali - Rikors għall-estensjoni territorjali tal-protezzjoni - Trade mark verbali PRESSO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PRESSO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 022/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Pi-Design AG (Triengen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Apelt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer, aġent)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Lulju 2015 (Każ R 428/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société des produits Nestlé u Pi-Design.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Pi-Design AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 371, 9.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy