25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2018 – Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill
(Kawża T-552/15) (1)
((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-inklużjoni u ż-żamma ta’ isimha fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi”))
(2019/C 72/16)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bank Refah Kargaran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Tricot u A. Aresu, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fil-konfront tiegħu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bank Refah Kargaran huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll għal dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 398, 30.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy