4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Post Bank Iran vs Il-Kunsill
(Kawża T-559/15) (1)
((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Inklużjoni u żamma tal-isem tar-rikorrenti fuq il-listi ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi - Danni morali”))
(2019/C 82/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Post Bank Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: D. Luff, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M. Bishop, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u R. Tricot, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU 2010, L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010, L 281, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011 tal-1 ta’ Diċembru 2011 li jimplimenta r-Regolament Nru 961/2010 (ĠU 2011, L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 961/2010 (ĠU 2012, L 88, p. 11 u r-rettifiki fil-ĠU 2012, L 332, p. 31 u fil-ĠU 2014, L 93, p. 85), li permezz tagħhom l-isem tar-rikorrenti ġie inkluż u nżamm fuq il-listi ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Post Bank Iran għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 27, 25.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy