23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Universidad Internacional de la Rioja vs EUIPO – Universidad de la Rioja (UNIVERSIDAD INTERNACIONAL DE LA RIOJA uniR)
(Kawża T-561/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea UNIVERSIDAD INTERNACIONAL DE LA RIOJA uniR - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti UNIRIOJA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2017/C 022/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Universidad Internacional de la Rioja, SA (Logroño, Spanja) (rappreżentanti: C. Lema Devesa u A. Porras Fernandez-Toledano, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Universidad de la Rioja (Logroño, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Diez-Hochleitner Rodríguez, D. Garayalde Niño u A. I. Alpera Plazas, avukati, sussegwentement J Diez-Hochleitner Rodríguez u D Garayalde Niño
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 1914/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Universidad de la Rioja u Universidad Internacional de la Rioja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Universidad Internacional de la Rioja, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 389, 23.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy