24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta Settembru 2016 – Paglieri Sell System vs EUIPO (APOTEKE)
(Kawża T-563/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva APOTEKE - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 392/53)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Paglieri Sell System SpA (Pozzolo Formigaro, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u F. Braga, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Doherty u L. Rampini, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Lulju 2005 (Każ R 2428/2014-5), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv APOTEKE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Paglieri Sell System SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 371, 9.11.2015
Full & Egal Universal Law Academy