31.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2016 – Excalibur City vs EUIPO – Ferrero (MERLIN’S KINDERWELT)
(Kawża T-566/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva MERLIN’S KINDERWELT - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KINDER - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 402/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Excalibur City s.r.o. (Znojmo, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: E. Engin-Deniz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simandlova u A. Folliard Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ferrero SpA (Alba, l-Italja) (rappreżentanti: L. Ghedina u F. Jacobacci, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1617/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferrero u Excalibur City.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1617/2014-1) hija emendata fis-sens li l-appell ippreżentat minn Excalibur City s.r.o. quddiem il-Bord tal-Appell huwa fondat u, konsegwentement, li l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda.
2)
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawn esposti minn Excalibur City s.r.o.
3)
Ferrero SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha
(1) ĠU C 398, 30.11.2015
Full & Egal Universal Law Academy