27.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 95/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2017 – Morgese et vs EUIPO
(Kawża T-568/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ Oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva 2 STAR - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti ONE STAR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 095/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Giuseppe Morgese (Barletta, l-Italja), Pasquale Morgese (Barletta), Felice D’Onofrio (Barletta) (rappreżentant: D. Russo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u G. Sakalaite-Orlovskiene, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: All Star CV (Hilversum, il-Pajiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Sleep, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1906/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn All Star, minn naħa, u G. Morgese, P. Morgese u F. D’Onofrio, min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
G. Morgese, P. Morgese u F. D’Onofrio huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 398, 30.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy