23.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 357/10
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2017 – Aldi vs EUIPO – Rouard (GOURMET)
(Kawża T-572/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GOURMET - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea ORIGINE GOURMET - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])
(2017/C 357/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u M. Fischer, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Pierre-André Rouard (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Merino Baylos, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1985/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn M. Rouard u Aldi.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1985/2013-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Aldi GmbH & Co. KG.
(1) ĠU C 389, 23.11.2015
Full & Egal Universal Law Academy