Kawża T-577/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2018 – Uribe-Etxebarría Jiménez vs EUIPO – Núcleo de comunicaciones y control (SHERPA) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SHERPA — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SHERPA — Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali — Suġġett tat-tilwima quddiem il-Bord tal-Appell — Użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(2)(a) tar-Regolament 2017/1001) — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament 2017/1001)”)
C2402018MT3410120180529MT0035341341
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2018 – Uribe-Etxebarría Jiménez vs EUIPO – Núcleo de comunicaciones y control (SHERPA)
(Kawża T-577/15) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SHERPA — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SHERPA — Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali — Suġġett tat-tilwima quddiem il-Bord tal-Appell — Użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(2)(a) tar-Regolament 2017/1001) — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament 2017/1001)”)”2018/C 240/35Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Xabier Uribe-Etxebarría Jiménez (Erandio, Spanja) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Núcleo de comunicaciones y control, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: P. López Ronda, G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1135/2014-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Núcleo de comunicaciones y control u X. Uribe-Etxebarría Jiménez
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-17 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1135/2014-2) hija annullata, f’dak li jikkonċerna l-prodotti koperti mit-trade mark ikkontestata li jaqgħu fil-klassi 9.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll terz ta’ dawk imġarrba minn Xabier Uribe-Etxebarría Jiménez.
4)
X. Uribe-Etxebarría Jiménez għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.
5)
Núcleo de comunicaciones y control, SL, għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
( 1 ) ĠU C 406, 7.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy