9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2016 – For Tune vs EUIPO – Gastwerk Hotel Hamburg (fortune)
(Kawża T-579/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea fortune - Trade mark verbali Ġermaniża preċedenti FORTUNE-HOTELS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 006/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: For Tune sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: K. Popławska, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gastwerk Hotel Hamburg GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2808/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gastwerk Hotel Hamburg u For Tune.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
For Tune sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 398, 30.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy