9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2019 — Silver Plastics u Johannes Reifenhäuser vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-582/15) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-imballaġġ alimentari intiż għall-bejgħ bl-imnut - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju - Ksur uniku u kontinwat - Prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Dritt “għall-konfront” - Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 - Valur miżjud sinjifikattiv - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multa tal-2006 - Ugwaljanza fit-trattament - Limitu massimu tal-multa”)
(2019/C 305/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Silver Plastics GmbH & Co. KG (Troisdorf, il-Ġermanja) u Johannes Reifenhäuser Holding GmbH & Co. KG (Troisdorf) (rappreżentanti: inizjalment M. Wirtz, S. Möller u W. Carstensen, sussegwentement M. Wirtz, S. Möller u C. Karbaum, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, G. Meessen, I. Zaloguin u L. Wildpanner, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 4336 finali tal-24 ta’ Ġunju 2015 relatat mal-proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39563 — L-ippakkjar tal-ikel bl-imnut) u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Silver Plastics GmbH & Co. KG u Johannes Reifenhäuser Holding GmbH & Co. KG huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 16, 18.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy