25.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2016 – Monster Energy vs EUIPO (GREEN BEANS)
(Kawża T-585/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali GREEN BEANS - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors quddiem il-Qorti Ġenerali”))
(2016/C 270/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Lulju 2015 (Każ R 3002/2014-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali GREEN BEANS bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 406, 7.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy