6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2017 – Nara Tekstil Sanayi Ve Ticaret vs EUIPO – NBC Fourth Realty (NaraMaxx)
(Kawża T-586/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea NaraMaxx - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAXX - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 374/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nara Tekstil Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi (Osmangazi-Bursa, it-Turkija) (rappreżentanti: M. López Camba u L. Monzón de la Flor, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: NBC Fourth Realty Corp. (North Las Vegas, Nevada, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment D. Stone u A. Dykes, sussegwentement A. Smith, solicitors, u S. Malynicz, QC)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1073/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn NBC Fourth Realty u Nara Tekstil Sanayi Ve Ticaret.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Nara Tekstil Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 406, 7.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy