22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Metabolic Balance Holding vs EUIPO (Metabolic Balance)
(Kawża T-594/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Erwropea figurattiva Metabolic Balance - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 161/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Metabolic Balance Holding GmbH (Isen, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Riegger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer u J. Németh, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2156/2014-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Metabolic Balance bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Metabolic Balance Holding GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-EUIPO.
(1) ĠU C 398, 30.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy