10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – Batmore Capital vs EUIPO – Univers Poche (POCKETBOOK)
(Kawża T-596/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva POCKETBOOK - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti POCKET - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2017/C 112/48)
Lingwa tal-kawża: l-Inlgiż
Partijiet
Rikorrenti: Batmore Capital Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: D. Masson, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Univers Poche (Pariġi, Franza) (rappreżentant: F. Dumont, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1952/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Univers Poche u Batmore Capital.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Batmore Capital Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli esposti minn Univers Poche quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 414, 14.12.2015
Full & Egal Universal Law Academy