28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – Basic Net vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ tliet strixxi vertikali)
(Kawża T-612/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta tliet strixxi vertikali - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 283/50)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Basic Net SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentant: D. Sindico, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2845/2014-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta tliet strixxi vertikali bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Basic Net SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 7, 11.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy