23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – Azur Space Solar Power vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ linji u ta’ briks suwed)
(Kawża T-614/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrapreżenta linja u briks suwed - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 022/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Azur Space Solar Power GmbH (Heilbronn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Nicodemus u S. Stöcker, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Settembru 2015 (Każ R 3233/2014-4), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea ta’ trade mark figurattiva li tirrappreżenta linji u briks suwed.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Azur Space Solar Power GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 38, 1.2.2016
Full & Egal Universal Law Academy