Kawża T-616/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2018 – Transtec vs Il-Kummissjoni (“FEŻ — Pajjiżi AKP — Ftehim ta’ Cotonou — Programm ta’ sostenn għall-inizjattivi kulturali fil-pajjiżi Afrikani li jitkellmu bil-Portugiż — Somom imħallsa mill-Kummissjoni lill-entità responsabbli għall-eżekuzzjoni finanzjarja tal-programm fil-Ginea Bissaw — Irkupru wara awditu finanzjarju — Tpaċija ta’ djun — Proporzjonalità — Arrikkiment indebitu — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)
C2942018MT4220120180703MT0056422432
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2018 – Transtec vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-616/15) ( 1 )
“(“FEŻ — Pajjiżi AKP — Ftehim ta’ Cotonou — Programm ta’ sostenn għall-inizjattivi kulturali fil-pajjiżi Afrikani li jitkellmu bil-Portugiż — Somom imħallsa mill-Kummissjoni lill-entità responsabbli għall-eżekuzzjoni finanzjarja tal-programm fil-Ginea Bissaw — Irkupru wara awditu finanzjarju — Tpaċija ta’ djun — Proporzjonalità — Arrikkiment indebitu — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)”2018/C 294/56Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Transtec (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Aresu u S. Bartelt, sussegwentement minn A. Aresu, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ tpaċija inklużi fl-ittri tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Awwissu, tas-7, tas-16, tat-23 u tal-25 ta’ Settembru 2015, intiżi għall-irkupru tas-somma ta’ EUR 624388,73, li tikkorrispondi għall-ammont ta’ parti mill-antiċipi mħallsa lir-rikorrenti fil-kuntest ta’ programm ta’ sostenn għall-inizjattivi kulturali fil-Ginea Bissaw, iffinanzjat mid-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), flimkien mal-interessi moratorji u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex tikseb il-ħlas lura tas-somom allegatament marbuta ma’ arrikkiment indebitu kif ukoll għall-kumpens tad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba l-aġir tal-Kummissjoni.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjonijiet ta’ tpaċija inklużi fl-ittri tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Awwissu, tas-7, tas-16, tat-23 u tal-25 ta’ Settembru 2015, intiżi għall-irkupru tas-somma ta’ EUR 624388,73, li tikkorrispondi għall-ammont ta’ parti mill-antiċipi mħallsa lir-rikorrenti fil-kuntest ta’ programm ta’ sostenn għall-inizjattivi kulturali fil-Ginea Bissaw, iffinanzjat mid-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), flimkien ma’ interessi moratorji, huma parzjalment annullati, sa fejn huma intiżi sabiex jirkupraw is-somma ta’ EUR 312265,42 li tikkorrispondi għall-ammont ta’ spejjeż li ma humiex eleġibbli identifikati mill-konstatazzjoni finanzjarja Nru 2 tar-rapport ta’ awditu FEŻ 2007/20859 dwar l-istima tal-programm ta’ operat u ta’ għeluq bir-referenza FEŻ/2010/249-005.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni u Transtec għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
( 1 ) ĠU C 27, 25.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy