23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29. Novembru 2016 – Chic Investments vs EUIPO (eSMOKING WORLD)
(Kawża T-617/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva eSMOKING WORLD - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
(2017/C 022/38)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Chic Investments sp. z o.o. (Poznań, il-Polonja) (rappreżentant: K. Jarosiński, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-25 ta’ Ġunju 2015 (R 3227/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv eSMOKING WORLD bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Chic Investments sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 16, 18.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy