28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – Badica u Kardiam vs Il-Kunsill
(Kawża T-619/15) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana - Iffriżar ta’ fondi - Deċiżjoni ta’ inklużjoni inizjali - Lista tal-persuni u l-entitajiet li japplika għalihom l-iffriżar tal-fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tal-appellanti - Implementazzjoni ta’ riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))
(2017/C 283/51)
Lingwa tal-kawża: il-franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bureau d’achat de diamant Centrafrique (Badica) (Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana) u Kardiam (Anvers, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Luff u L. Defalque, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, u P. Mahnič Bruni, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1485 tat-2 ta’ Settembru 2015 li jimplimenta l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU 2015, L 229, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Bureau d’achat de diamant Centrafrique (Badica) u Kardiam huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 27, 25.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy