22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 – Tractel Greifzug vs EUIPO – Shenxi Machinery (Forma ta’ vinċ immotorizzat)
(Kawża T-621/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ vinċ immotorizzat - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal li jikkonsisti esklużivament fil-forma tal-prodott li hija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 161/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Tractel Greifzug GmbH (Bergisch Gladbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Lüken u C. Maierhöfer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Shenxi Machinery Co. Ltd (Wuxi, iċ-Ċina) (rappreżentant: C. Vossius, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 1658/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Shenxi Machinery u Tractel Greifzug.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Tractel Greifzug GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
3)
Shenxi Machinery Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 16, 18.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy