21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2017 – Lidl Stiftung vs EUIPO (JEDE FLASCHE ZÄHLT!)
(Kawża T-623/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea JEDE FLASCHE ZÄHLT! - Trade mark ikkostitwita minn slogans ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2017/C 277/53)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermaniż) (rappreżentanti: M. Wolter, A. Marx u A. Berger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u A. Schifko, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Settembru 2015 (Każ R 479/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv JEDE FLASCHE ZÄHLT! bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Lidl Stiftung & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 16, 18.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy