12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2016 – Spa Monopole vs EUIPO – YTL Hotels & Properties (SPA VILLAGE)
(Kawża T-625/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SPA VILLAGE - Trade mark Benelux verbali preċedenti SPA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 462/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Cornu u É. De Gryse, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: YTL Hotels & Properties Sdn Bhd (Kuala Lumpur, il-Malasja) (rappreżentant: M. Edenborough, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Settembru 2015 (Każ R 1954/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa, u YTL Hotels & Properties.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Settembru 2015 (Każ R 1954/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV u YTL Hotels & Properties Sdn Bhd, hija annullata inkwantu tiċħad l-oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SPA VILLAGE, għas-“servizzi ta’ provvista ta’ ikel u xorb; kafetteriji-ristoranti; kafetteriji; snack-bars; ristoranti fejn wieħed jinqeda waħdu; servizzi ta’ akkomodazzjoni b’catering; servizzi ta’ ristoranti; servizzi ta’ catering u ta’ banketti; servizzi ta’ bar; servizzi ta’ bars; servizzi ta’ lukanda”, li jaqgħu fil-klassi 43 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.
2)
L-EUIPO u YTL Hotels & Properties huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 16, 18.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy