18.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 437/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2017 – Frame vs EUIPO – Bianca-Moden (BIANCALUNA)
(Kawża T-627/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali BIANCALUNA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti bianca - Ekonomija tal-ġudizzju - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])
(2017/C 437/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Frame Srl (San Giuseppe Vesuviano, l-Italja) (rappreżentanti: E. Montelione, M. Borghese u R. Giordano, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bianca-Moden GmbH & Co. KG (Ochtrup, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lange, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2952/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bianca-Moden u Frame.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Frame Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 68, 22.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy