18.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 437/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2017 – Frame vs EUIPO – Bianca-Moden (BiancalunA)
(Kawża T-628/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BiancalunA – Ċaħda - Trade mark preċedenti bianca - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])
(2017/C 437/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Frame Srl (San Giuseppe Vesuviano, l-Italja) (rappreżentanti: E. Montelione, M. Borghese u R. Giordano, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bianca-Moden GmbH & Co. KG (Ochtrup, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lange, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2720/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bianca-Moden u Frame.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-7 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2720/2014-5), hija annullata.
2)
L-EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawn sostnuti minn Frame Srl.
3)
Bianca-Moden GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 7, 11.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy