4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Stena Line Scandinavia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-631/15) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Finanzjament pubbliku tal-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt - Għajnuna individwali - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat u li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà - Għajnuna intiża għat-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komun - Neċessità tal-għajnuna - Effett ta’ inċentiv - Proporzjonalità tal-għajnuna - Diffikultajiet serji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Komunikazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat intiża sabiex tippromwovi it-twettiq ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni”))
(2019/C 82/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stena Line Scandinavia AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: P. Alexiadis, solicitor, u L. Sandberg-Mørch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, L. Flynn u S. Noë, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Föreningen Svensk Sjöfart (Göteborg) (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch u J. Buendía Sierra, avukati)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Thorning, sussegwentement J. Nymann-Lindegren, aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5023 final, tat-23 ta’ Lulju 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39078 (2014/N) (id-Danimarka), li tirrigwarda l-finanzjament tal-proġett ta’ konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt (ĠU 2015, C 325, p. 5).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5023 final, tat-23 ta’ Lulju 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39078 (2014/N) (id-Danimarka), li tirrigwarda l-finanzjament tal-proġett ta’ konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt (ĠU 2015, C 325, p. 5) hija annullata sa fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-miżuri mogħtija mir-Renju tad-Danimarka lil Femern A/S għall-ippjanar, għall-kostruzzjoni u għall-użu tal-konnessjoni fissa tal-Fehmarn Belt.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Stena Line Scandinavia AB.
4)
Ir-Renju tad-Danimarka u Föreningen Svensk Sjöfart għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 59, 15.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy