31.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 15 ta’ Settembru 2016 – JT International vs EUIPO – Habanos (PUSH)
(Kawża T-633/15) (1)
((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PUSH - Trade marks tal-Benelux u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti PUNCH - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
(2016/C 402/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: JT International (Ġinevra, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, K. E. Gilbert u J. Gilbert, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Corporación Habanos, SA (Havana, il-Kuba) (rappreżentant: M. Escudero Pérez, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 3046/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Corporación Habanos u JT International.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
JT International SA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Corporación Habanos, SA.
(1) ĠU C 27, 25.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy