28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2017 – Frinsa del Noroeste vs EUIPO – Frigoríficos Unidos (Frinsa LA CONSERVERA)
(Kawża T-634/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Frinsa LA CONSERVERA - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea FRIUSA - Raġuni assoluta għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 283/52)
Lingwa tal-kawża l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Frinsa del Noroeste, SA (Santa Eugenia de Ribeira, Spanja) (rappreżentant: J. Botella Reyna, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Frigoríficos Unidos, SA (Riudellots de la Selva, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2382/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Frigoríficos Unidos u Frinsa del Noroeste.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Frinsa del Noroeste, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 16, 18.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy